Dalgħodu maż-żerniq għall-ħabta tal-5.15am seħħet serqa fi stabbiliment il-Blata l-Bajda.
Jidher li l-ħalliel daħal fix-showroom billi kisser il-ħġieġ. Is-sorsi qalulna li l-ħalliel tela’ fuq, fis-sular fejn hemm l-uffiċini u daħal f’kull uffiċċju. Hemm insteraq laptop u kif ukoll insterqu madwar €3000 fi flus kontanti.
Skont l-ewwel rapporti l-ħalliel ukoll għamel tfittxija fil-kxaxen tal-uffiċini iżda jidher li ma nsteraq xejn aktar.
Fuq il-post marru wkoll ħaddiema tal-forensika bit-tama li jippruvaw jsibu l-identità tal-persuna li għamlet din is-serqa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>