Il-Membru Ewroparlamentari Sven Giegold qed jisħaq li l-eks spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris u l-familja tiegħu għandhom jingħataw protezzjoni mill-Pulizija.
Sven Giegold li kien Malta fl-aħħar jiem bħala parti mid-delegazzjoni tal-Kumitat LIBE tal-Parlament Ewropew qal li d-delegazzjoni kollha kienet imħassba li Ferris jinsab inkwetat għas-sigurtà tiegħu u l-familja tiegħu.
Jonathan Ferrsi tkeċċa mill-FIAU fix-xhur li għaddew, wara l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Ferris kien qed jinvestiga possibiltà ta’ ħasil ta’ flus b’rabta ma allegazzjonijiet li saru minn eks-impjegata ta’ Pilatus Bank.
Giegold fisser il-kontribut ta’ Ferris fiż-żjara tad-delegazzjoni bħala importanti. Qal li Anna Gomez li mexxiet id-delegazzjoni talbet b’mod immedjat lill-Kumissarju tal-Pulizija biex jagħti l-protezzjoni tiegħu lil Ferris u l-familja. Tenna li jinsab maħsud kif Ferris hu mgħasses biss bil-lejl b’pulizija f’karrozza u mal-ġurnata għandu protezzjoni b’rondi kultant ħin.
Giegold qal li wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, l-inqas ħaġa li trid Malta hu l-qtil ta’ whistleblower.
//= $special ?>