Matul il-lejl, għall-ħabta tat-tlieta u kwart, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument bejn żewġ irġiel ta’ nazzjonalità barranija li seħħ fi Triq Ross, San Ġiljan.
Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar, fl’argument intuża oġġett li jaqta’, bejn Somalu ta’ 21 sena residenti Marsaxlokk u raġel ieħor li l-identita’ tiegħu għadha ma ġietx stabbilita.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ irġiel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħataw l-kura meħtieġa. Aktar tard huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejja.
//= $special ?>