Il-Pulizija dalgħodu ressqet żagħugħ ta’ 19-il sena quddiem il-Qorti t’Għawdex. Iż-żagħżugħ li joqgħod San Pawl il-Baħar deher quddiem il-Maġistrat Dr P Coppini. Huwa ġie akkużat li kmieni dalgħodu, waqt li kien il-Munxar, Għawdex, ikkometta serq aggravat, kellu fil-pusses tiegħu oġġetti akkwistati b’reat, kiser l-ordni tal-probation u li kien reċediv.
L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih iżda ma ingħatax il-libertà.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.
//= $special ?>