L-Istat Amerikan tal-Hawaii ipprova sirena tat-twissija għal kontra attakk nukleari potenzjali, għall-ewwel darba mit-tmiem tal-Gwerra Bierda ‘il hawn. Dawn it-tipi ta’ provi, għal kull xahar, reġgħu bdew fost theddida li qed tiżdied mill-Korea ta’ Fuq komunista li baqgħet tipprova l-missili ballistiċi u materjal nukleari. Ir-rapporti qalu li l-Korea ta’ Fuq setgħet żviluppat tassew missila li ġġorr warhead nukleari, bil-kapaċità ‘li tolqot lill-Istati Uniti kollha’. Dan meta r-reġim fi Pyongyang ikkonkluda sensiela ta’ testijiet għall-missili waqt li, f’Settembru, kien wettaq is-sitt prova nukleari tiegħu. L-Istat tal-Hawaii, li jinsab fil-Paċifiku, diġà għandu f’postu sistema ta’ twissijiet ( bis-sireni) fil-każ ta’ diżastri naturali li jinkludu t-tsunami. Intant, l-allert dwar attakk nukleari potenzjali għandu ‘ton u ħoss differenti’ li, f’każ ta’ emerġenza, iservi bħala twissija lir-residenti u t-turisti f’Hawaii biex jibqgħu ġewwa u jistennew l-istruzzjonijiet.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES


