Għal tmiem il-ġimgħa oħra reġa’ kien hemm protesta fil-kapitali Rumena Bucharest kontra n-nuqqas ta’ ħeġġa tal-Gvern li jikkumbatti l-korruzzjoni u liġijiet li jrid idaħħal li se jdgħajfu din il-ġlieda.
Il-Ġimgħa filgħaxija kien hemm inċidenti hekk kif l-awtoritajiet bdew jarmaw is-suq tal-Milied fi Pjazza Victoriei f’Bucharest.

Il-pjazza li qed isservi ta’ bażi għall-protesti li qed isiru kull tmiem il-ġimgħa kontra l-korruzzjoni fil-pajjiż. Din hi wkoll il-pjazza fejn hemm is-sede tal-Gvern ċentrali.
Il-Gvern imexxi mis-Soċjal Demokratiċi jrid jneħħi minn reati ċerti atti ta’ korruzzjoni u jrid jgħaddi liġi li l-Oppożizzjoni u anki l-President tal-pajjiż Klaus Iohannis qed jgħidu se jdgħajfu l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Ikomplu l-protesti kontra l-Gvern u l-korruzzjoni fir-Rumanija


