Internazzjonali

Il-preżentatriċi ta’ ‘Le Iene’ rikoverata l-isptar

Nadia Toffa il-preżentatriċi tal-programm televiżiv Taljan ‘Le Iene’ fuq l-Italia 1, is-Sibt filgħaxija ddaħħlet b’urġenza fl-isptar San Raffaele f’Milan. Dan wara ħass ħażin li taha waqt li kienet f’lukanda fi Trieste.

Rapporti fil-midja Taljana qed isostnu li Toffa, li għandha 39 sena, aktarx kellha attakk ħafif ta’ puplesija. Ilbieraħ il-kundizzjoni tagħha ntqal li kienet stabbli u kienet f’sensiha. Intqal li hi issa tinsab taħt osservazzjoni u matul il-ġurnata tal-Ħadd se tibda tingħata l-kura. Intqal, iżda, li hi ma kinetx f’periklu.

Fuq il-midja soċjali tal-‘Le Iene’, l-istess Nadia Toffa ppublikat ritratt fejn irringrazzjat lil dawk kollha li taw l-għajnuna tagħhom u saħqet li għalkemm il-kwistjoni tidher kemmxejn serja, żgur li mhux ser taqta’ qalbha issa. Finalment hija insistiet li ser tagħmel minn kollox biex terġa’ tirritorna malajr kemm jista jkun.