Lokali

Melita Power Diesel tirbaħ ir-Rolls Royce Award fil-Ġermanja

Il-kumpanija Maltija Melita Power Diesel (MPD), li tagħmel ukoll parti mill-Melita Marine Group, rebħet il-premju tal-MTU Rolls Royce Power System Service Parner għas-sena 2016/17 hekk kif intgħażlet minn fost diversi kumpaniji oħra minn madwar id-dinja.

Noel Borg laqa’ dan il-premju tant prestiġjuż madwar id-dinja f’isem il-Melita Power Diesel Ltd ġewwa l-uffiċini tal-MTU fil-Ġermanja.

Dan il-premju jingħata skont il-kwalità u l-effiċjenza tas-servizz tal-kumpanija bil-panel tal-ġurija jkun magħmul mill-membri tal-Bord tad-Diretturi tar-Rolls Royce MTU.

Mill-1 ta’ Novembru 2017, ir-Rolls Royce tat aktar responsabilità lil MPD hekk kif spiċċaw l-uniċi distributuri għal Greċja; flimkien ukoll ma’ Malta u l-Libja.

Id-direttur Maniġerjali tal-kumpanija Maltija, Pierre Balzon sostna li bħala kumpanija jinsabu onorati b’dan il-premju wara snin ta’ ħidma sfieqa. Huwa insista li wara li kienu rebħu dan il-premju 5 snin ilu, is-sodisfazzjon huwa doppju.Balzan stqarr li dan il-premju huwa ta’ inkoraġġiment kbir hekk kif jikkonferma il-kwalità għolja tas-servizz li jingħata.