Lokali

Sewwieq ta’ mutur bi ġrieħi gravi wara inċident fil-Marsa

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel minn Ħal Safi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku bil-mutur.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-9.45 am fi Triq Giuseppe Garibaldi, fil-Marsa, meta għal xi raġuni l-vittma ta’ 29 sena, tilef il-kontroll tal-mutur tat-tip Suzuki.

Fuq il-post issejħet minnufih l-għajnuna ta’ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lir-raġel l-isptar għal aktar kura. Huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

Intant, l-investigazzjoni tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.