Żewġt aħwa nżammu taħt arrest wara li tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil tal-Libjan f’Birkirkara. Il-każ seħħ fis-sigħat bikrin tas-26 ta’ Novembru meta waqt argument li seħħ f’residenza f’Birkirara, Fourzi Farj Etwaish ta’ 40 sena, residenti fiċ-ċentru miftuħ tal-Marsa, nqatel permezz ta’ daqtejn ta’ sikkina u tilef ħajtu ftit wara li ddaħħal l-Isptar Mater Dei.
Filwaqt li ż-żewġ Libjani Siraj Shalgum u Husam Saleh Belgasem Shalgom wieġbu mhux ħatja għall-akkuża ta’ omiċidju, huma tressqu l-qorti quddiem il-Maġistrat Josette Demicoli akkużati wkoll li kienu fil-pussess ta’ arma mingħajr liċenzja u li qedu jew biddlu t-traċċi.
Intant, hekk kif l-aħwa spjegaw li t-tnejn li huma ma jaħdmux, d-difiża ma talbietx il-ħelsien mill-arrest.
//= $special ?>


