Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela ċaħad li meta kien Ministru tal-Intern hu ndaħal lill-ex uffiċjal tal-pulizija Jonathan Ferris fl-investigazzjonijiet tiegħu u qal li kull ma għamel kien li ċċekkja fuq allgazzjoni serja li saret minn ċittadin fuq stazzjon tar-radju.
Fl-Aġġornament tal-lejla l-Ministru Carmelo Abela qal li b’serenità jgħid li hu dejjem wettaq dmiru skont il-ġurament li ħa. Hu sostna li l-Oppożizzjoni talbet għar-riżenja tiegħu għax saret mistoqsija dwar investigazzjoni wara lment li hu rċieva fuq stazzjon tar-radju li fih intqal li l-investigazzjoni li semma’ s-semmigħ li l-investigazzjoni ma kinitx qed titmexxa bis-serjetà. Hu sostna li ħa l-passi biex jara x’inhu jiġri.
Il-Ministru Abela qal li t-tlaba kienet taqa’ ir-responsabbiltajiet tiegħu bħala ministru u ma kinx ikun serju kieku ma ħax passi fuq allegazzjoni serja li sart b’md pubbliku. Hu sostna li m’għamel l-ebda pressjoni jew indħil fuq l-ex spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris.
Il-Ministru Abela staqsa minn fejn il-Kap tal-PN Adrian Delia ġab l-informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar il-qitl ta’ Daphne Caruana Galizia u jekk staqsix xi uffiċjal tal-pulizija. Hu sostna li kull ma għamel kien li ċċekkja lment ta’ ċittadin li għamel allegazzjoni serja.
Il-Ministru Abela kompla li hu għamel kollox sew tant li ntużat email u staqsa għaliex Jonathan Ferris u Jason Azzopardi ma tkellmux qabel meta l-każ ġara f’Mejju 2016. Hu sostna li r-rwol tiegħu mhux li jintervjeni fl-investigazzjonijiet tal-pulizija.
Il-Ministru Abela qal li ra l-emails li saret riferenza għalihom u sostna li bla biża’ hu ppubblika l-emails kollha. Hu sostna li mhux minnu li fl-emails kiteb ittri kbar beix jingħataw ordnijiet u ċaħad li kien hemm ħafna mistoqsijiet. Il-Ministru Abela ċaħad li Jonathan Ferris telaq mill-Korp minħabba l-allegat indħil li għamel fuqu u sostna li Ferris ma ħa l-ebda passi dwar dan. Hu staqsa jekk Ferris ma setax ikompli jħdem fil-pulizija, għaleix hu pprova jerġa’ jidħol fil-Korp meta hu kien għadu responsabbli mill-Ministeru għlal-Intern.
//= $special ?>