L-għaxar persuni li ġew arrestati fuq “suspetti raġjonevoli” b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia qed jinżammu fil-lock-up tal-Pulizija fid-Depot tal-Pulizija fil-Furjana.
Hu mifhum li bħalissa għaddejjin l-interrogazzjonijiet ta’ dawn il-persuni, kollha Maltin, li ġew arrestati f’operazzjoni ta’ sigurtà wiegħsa f’diversi lokalitajiet f’Malta. Il-Pulizija għandha 48 siegħa biex tagħmel l-interrogazzjonijiet u tiddeċiedi jekk għandiex tressaqhom il-Qorti.
Ara filmat b’aktar dettalji dwar il-lock-up tal-Pulizija fid-Depot


