Eluf ta’ membri tal-forzi tas-sigurta Albaniżi matul il-ġurnata tal-Ħadd intbagħtu biex igħinu l-popolazzjoni wara għargħar kbar ikkawżati minn xita qalila.
Il-maltemp ikkawża tal-anqas il-mewt ta’ persuna u l-feriment ta’ tnejn oħra.
Kien hemm madwar 1,500 persuna li kellhom ikunu salvati filwaqt li eluf ta’ djar spiċċaw bla provista tal-elettriku. //= $special ?>





