– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea li l-Gvern kien iu żmien twil li qatel lill-ġurnalista Daphne Crauana Galizia bl-attakki sistematiċi tiegħu fuqha.
Fil-parlament fid-dibattitu dwar il-liġi tal-media u l-malafama Mario Galea qal li didn hi liġi tajba għaliex se titneħħa l-possibbltà li xi ministru jiffriża l-assi ta’ xi persuna kif il-Ministru Chris Cardona għamel fil-konfront ta’ Daphne Caruana Galizia. Hu sostna li l-gvern iddemonizza lil Daphne Caruana Galizia u għamillha attakki sistematiċi fuqha.
Kien hemm persuni li kienu kkmandati minn Kastilja beix jieħdu ritratti ta’ Daphne Caruana Galizia. Il-gvern qatel lil Daphne Caruana Galziia ferm qabel din inqatlet bil-bomba. Idejn il-gvern huma mċappsa bid-demm ta’ Daphne Crauana Galizia mhux biss għax attakkawha iżda għax ma tawhiex il-protezzjoni. Dan meta fi żmien gvern Nazzjonalista dejjem kellha protezzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika l-istat tal-Korp tsl-Pulizija u qal li fil-pajjiż m’hawnx libertà tal-espressjoni għaliex il-qtil sar l-ordni tal-ġurnata. Hu staqsa għaliex l-att tal-whistle blower ma tintużax fil-konfront tar-Russa li kixfet il-każ ta’ Egrant.
Mario Galea qal li l-Gvern Laburista neħħa lill-ex Kummissarju tal-Puliija John Rizzo għax kien serju. Il-pulizija llum maħdux passi kontra John Dalli u Jimmy Magro. Hu qal li hemm dokument importanti dwar il-Bank Pilaturs iżda l-Kummissarju tal-Pulizija kien qed jiekol il-fniek.
Mario Galea sostna li l-Avukat Ġenerali gideb li mhu jagħmel xejn quddiem il-każi ta’ kriminalità. L-Avukat Ġenerali għandu rapport dwar flus li ġejjin minn attività kriminali iżda dwaru ma jittieħdux passi. Mhux serju lir raġel ta’ ministru qed jinvestiga l-qtil ta’ Caruana Galizia.
Mario Galea qal li Jonathan Ferris hu eroj li qed ikun attakkat fuq l-istazzjon Laburista. Hu sostna li Daphne Caruana Galizia inqatlet għax kienet taf fuq il-korruzzjoni, fuq droga u fuq impurtar illegali ta’ żejt li jinbiegħ fl-Ewropa. Il-pulizija ma nvestigat xejn u fil-pajjiż hawn impunità assoluta.
//= $special ?>