Lokali Parlament

Il-liġi nbidlet għax saru l-protesti u inqatlet Daphne Caruana Galizia

Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li din il-liġi waslet kif inhi llum għaliex inqatlet Daphne Caruana Galizia għax l-intenzjonijiet inzijali tal-Gvern kienu totalment minn kif inhuma llum. Hu kompla li din il-liġi bdiet bl-azzjonijet li l-gvern ried jagħmel lill-ġurnalisti.

F’diskors fil-parlament fid-dibattitu dwar il-liġi dwar il-emdia u l-malafama Edwin Vassallo qal li għalhekk bl-ebda mod l-gvern ma jista’ jiftaħar bid-demokrazija għax biex saru l-bidliet kellha tmut Daphne Caruana Galizia u kellhom isiru l-protesti.

Hu staqsa min se jieħu post Daphne Caruana Galizia biex jagħmel l-iskrutinju. Għalija Daphne Caruana Galizia kienet gwida, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-gvern xtara lill-ġurnalisti bir-reklami. Hu staqsa xi protezzjoni qed jingħata Jonathan Ferris.

Minkejja li l-gvern jiftaħar bil-libertà sesswali dan il-gvern kisser il-familja iktar milli kienet qabel waqt li nesa d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Hu qal li l-eprsuni li ġew nvestigati mill-FIAU ma tressqux mill-pulizija.