Mijiet ta’ ajruplani militari, fosthom l-aktar avvanzati li għandha l-Istati Uniti, bdew jaslu fil-Korea t’Isfel għal manuvri militari kbar.
Il-manuvri mifruxa tul ħamest ijiem u li se jkunu għall-Qawwa tal-Ajru taż-żewġ pajjiżi huma mlaqqma Vigilant Ace, u l-iskop hu li l-avjazzjoni militari taż-żewġ pajjiżi tkun lesta għal kull eventwalità f’każ ta’ kriżi fil-peniżola Koreana.
Filwaqt li manuvri simili jsiru kull tant żmien bejn il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti, din id-darba ntbagħtu numru kbir ta’ ajruplani stealth – l-ajruplani li ma jinqabdux fuq ir-radar. Dawn jinkludu sitt F-22 u 18-il F-35. B’kollox hemm total ta’ 230 ajruplan militari flimkien ma’ 12,000 suldat Amerikan li qed jipparteċipaw f’dawn il-manuvri. //= $special ?>





