L-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia llejla ddikjara f’ruling li l-Ministru Joe Mizzi ma kellu l-ebda intenzjoni li jiddevja lill-parlament meta l-ġimgħa li għaddiet qal li l-Ministru Konrad Mizzi kien imsiefer meta fil-fatt dan ma kinx u daħal il-parlament.
Il-każ imur lura għall-ġimgħa li għaddiet li fih il-Ministru Joe Mizzi iddefenda l-assenza tal-Ministru Konrad Mizzi fil-parlament fil-ħin tal-mistoqsijiet billi qal li l-Ministru Mizzi kien imsiefer. Il-Ministru Mizzi nqabad li ma kinx qed jgħid il-verità propju meta aktar tard tul is-seduta l-Ministru Konrad Mizzi daħal il-parlament u ammetta li hu ma kinx imsiefer iżda kien fuq xogħol tal-Air Malta. F’dan l-istadju l-Whip tal-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar talab ruling tal-Ispeaker dwar dan il-każ.
Fir-ruling l-Ispeaker irrifera għal diversi rulings li ngħataw fil-passat u qal li f’dan il-każ il-Ministru Mizzi kien qed iwieġeb il-mistoqsija iżda r-raġuni l ġab dwar il-Ministru Konrad Mizzi ma kinitx preċiża. L-Ispeaker qal li ma jirriżultax li kien hemm l-iskop li l-Ministru Joe Mizzi jiżvijja lill-Kamra.
F’dan il-każ ma tqajjimx każ ta’ ksur ta’ privileġġ jew li ken hemm dokumentazzjoni falza fil-parlament. Jirriżulta li fil-każ inovlut l-informazzjoni mitluba ingħatat b’mod preċiż u għalhekk m’hemm każ li l-Minitru Joe Mizzi kellu l-iskop li jiżvijja lill-Kamra meta qal li l-Ministru Konrad Mizzi kien imsiefer meta dan ma kinx.
Il-Ministru Joe Mizzi qal li huma kellu l-ebda skop li jiżvijja lill-Parlament.
Il-Whip tal-Oppożizzjoni Robert Cutajar qal li l-azzjoni li ħa kienet ġusta f’dak il-mument li fil-parlament daħal il-Ministru Konrad Mizzi.
//= $special ?>

