Lokali

Nhar il-Ħadd li ġej, il-Maratona ġbir ta’ Fondi tal-PN

Din il-Ġimgha waslu fl-aqwa tagħhom il-preparamenti għall-maratona ġbir ta’ Fondi tal-Partit Nazzjonalista li se ssir nhar il-Hadd 10 ta’ Diċembru.

Maratona importanti li se tkun l-ewwel maratona taħt it-tmexxija l-ġdida mmexxija mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia.

Il-maratona ġbir ta’ fondi għandha t-tema ‘Inti lest li tgħin?’. L-iskop wara din it-tema tal-maratona hu li l-PN jirċievi l-għajnuna mingħand in-nies, għajnuna finanzjarja li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista ikompli jinvesti fil-mezzi kollha tiegħu biex iwassal il-messaġġ tiegħu lill-poplu. Dan billi t-tmexxija l-ġdida tkompli tibni fuq it-tajjeb li diġà sar.

It-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista iżżid mal-appell biex tħeġġeġ il-pubbliku biex mhux biss jagħmel id-donazzjoni tiegħu fl-10 ta’ Diċembru, imma jżur id-Dar Ċentrali fejn se jkun hemm it-tim tal-Partit Nazzjonalista li se jiltaqa’ man-nies preżenti.”

Il-linji tad-donazzjonijiet diġa huma miftuħa, tal-€10, €25 tal-€50 u sms ta’ 6.99 hemm ukoll il-faċilita’ ta’ donazzjonijiet online fuq pn.org.mt/maratona.