Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza t’għomor ħabs lil raġel li lura fl-2009 instab ħati li qatel lil eks sieħba tiegħu quddiem binthom ta’ seba’ snin, b’49 daqqa ta’ sikkina. David Norbert Schembri, ta’ 41 sena minn Tas-Sliema, kien instab ħati b’verdett ta’ 8 kontra 1.
L-istess Qorti wara li kkwotat sentenzi oħra fl-Ewropa, qalet li s-sentenza tiegħu tista’ terġa tiġi riveduta mill-Bord tal-Parole wara 25 sena mill-għoti tas-sentenza, dan ifisser 17-il sena oħra.
Schembri kien qatel lill-eks sieħba tiegħu, Josette Scicluna wara li daħal fl-appartament tagħha f’San Ġwann fl-2004. Huwa kien daħal fl-appartament armat, b’pistola, billi l-ewwel spara lejn il-bieb tal-appartament, u wara b’sikkina qatel lill-mara quddiem bintu.
David Norbert Schembri kien appella mill-ewwel sentenza u fost affarjiet oħra argumenta dwar il-fatt li l-verdett ma kienx umanimu jfisser li s-sentenza kellha tkun anqas ħarxa. Fl-ewwel sentenza li kienet ingħatat intqal illi li kieku l-Qorti ħadet il-passi kontra Schembri meta kien tressaq b’akkużi oħra, kieku l-eks sieħba tiegħu għadha ħajja. Huwa fil-Qorti nsista li dan ma kienx kliem li kellu jingħad u jifsser li l-qorti kienet diġà ppreġudikata i ttieh il-piena massima. Il-Qorti ma laqgħetx dan.
Intqal li s-senetenza t’għomor il-ħabs tikser il-Kostituzzjoni u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Dwar dan il-Qorti ħarset lejn sentenzi simili li kienu ingħataw fl-Ewropa. Għalhekk kien hawn li l-Qorti ddeċideit li wara li Schembri jiskonta 25 sena mis-sentenza li ngħata, il-każ jidher quddiem il-Parole.
Jekk dan ma jkunx possibbli, l-akkużat jista’ jibbenefika minn miżuri u kriterji li minn żmien għal żmien ikunu stabbiliti mill-Qorti Kostituzzjonali u li jistgħu jippermettu li l-akkużat jitlob għal reviżjoni tal-piena tiegħu.
//= $special ?>