Aġġornata
Fuq twitter, il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li ġew arrestati żewġ suspettati oħra, biex b’hekk l-ammont ta’ suspettati arrestati fl-aħħar siegħa tela’ għal 10.
'An additional 2 persons have been apprehended in #DaphneCaruanaGalizia murder probe, bringing total to 10 arrests. Authorities have all areas of interest under control since early this morning and searches are underway.' – #Malta PM @JosephMuscat_JM
— Government of Malta (@MaltaGov) December 4, 2017
Aktar kmieni…
Fl-aħħar ħinijiet ġew arrestati 8 persuni li huma suspettati b’mod raġjonevoli bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
F’Kastilja, il-Prim Ministru qal li issa l-Pulizija għandhom 48 siegħa fejn iridu jressqu l-provi biex jipproċedu fil-Qorti.
Quddiem il-ġurnalisti f’konferenza tal-aħbarijiet li saret dalgħodu, Muscat qal li l-investigazzjonijiet kienu ilhom għaddejin ġimgħa. Fuq il-persuni arrestati hemm “suspetti raġjonevoli”.
Il-Prim Ministru qal li saru ukoll arresti f’Buġibba u Ħaż-Żebbuġ.
Il-persuni arrestati sa issa huma kollha Maltin. Uħud minnhom għandhom ukoll passat ta’ kriminalita’ u huma magħrufa mal-Pulizija.
Aktar kmieni…
Ftit tal-ħin ilu waqt raid fil-Marsa kienu arrestati numru ta’ persuni mill-Pulizija.
Il-Prim Ministru sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet urġenti f’Kastilja.
//= $special ?>