Futbol Sport

Slutsky iħalli lil Hull

Hull City ħabbru li Leonid Slutsky ħalla lit-tim wara li ntlaħaq qbil bejn iż-żewġ naħat.

Slutsky, li hu ekskowċ tat-tim nazzjonali Russu kien inħatar manager ta’ Hull f’Ġunju li għadda u suppost kellu jgħin lit-tim biex jerġa’ jikseb il-promozzjoni għall-Premiership.

Madankollu r-riżultati miksuba ma tantx kienu pożittivi u bħalissa Hull jinsabu fl-20 post ta’ The Championship.