Futbol Sport

It-Tazza tad-Dinja f’Malta fil-festa ta’ San Pawl

Wara li jiem ilu l-ġurnal ‘In-Nazzjon’ irrapporta li t-Tazza tad-Dinja se tkun f’Malta fl-2018, jidher li dan se jkun proprju fl-10 ta’ Frar, jiġifieri fil-festa ta’ San Pawl.

It-Tazza tad-Dinja se tinġieb f’Malta bħala parti mill-‘FIFA World Cup Trophy Tour by Cola Cola’ u se tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet li qed torganizza l-Fondazzjoni Valletta 2018 fl-okażżjoni li l-Belt Valletta se tkun il-Belt kapitali Ewropea tal-Kultura. Din se tkun okkażjoni li żgur kull dilettant tal-futbol m’għandux jitlef. It-Tazza tad-Dinja se tkun ġejja minn Baku, fl-Ażerbajġan u fil-11 ta’ Frar titlaq lejn Vjenna, fl-Awstrija.

Malta hi wieħed minn 14-il pajjiż mad-dinja fejn fiha se tkun qed iddur it-Tazza tad-Dinja.

It-trofrew tat-Tazza tad-Dinja imbagħad se terġa’ lura lejn ir-Russja fix-xahar ta’ Mejju tas-sena d-dieħla, proprju xahar biss qabel il-kompetizzjoni.