Gazzetta Svediża onorat lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia bil-premju annwali Holme Award.
Dan il-premju jingħata kull l-ewwel ta’ Diċembru lil ċittadin li jkun ħa riskju personali sabiex iqum għall-valuri ċivili u għad-dinjità umana. Għaldaqstant, Göteborgs Handels and Sjöfartstidning li ġiet imwaqqfa fl-1832, tat dan il-premju annwali lil Daphne Caruana Galizia.
Il-Professur Dennis Töllborg minn Göteborgs Handels and Sjöfartstidning iddeskriva lill-ġurnalista bħala mudell eċċezzjonali mhux għall-ġurnalisti biss. Hu żied jgħid li Caruana Galizia kienet identifikata biex tingħata dan il-premju ferm qabel ma ġiet maqtula.
Il-premju jinkludi madwar €1,000 fi flus li l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia semmew kif dawn se jingħataw bħala donazzjoni lil Dar Merħba Bik.
Dan il-premju jfakkar l-anniversarju ta’ meta Rosa Parks, attivista tad-drittijiet ċivili kienet arrestata talli rrifjutat milli ċċedi posta fuq karozza tal-linja lil persuna ta’ karnaġġjon abjad.
//= $special ?>