It-tema tal-mard mentali kienet fil-qofol tad-diskors tal-aġġornament tad-Deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg.
Fid-diskors tagħha hija tkellmet dwar il-kampanja #stopstigma li l-għan tagħha hija li toħloq għarfien dwar il-mard mentali.
Claudette Buttigieg rreferiet għal konferenza li attendiet dwar din it-tema u s-sehem li nistgħu nagħtu biex titnaqqas l-istigma marbuta mal-mard mentali.
Id-Deputat tal-Partit Nazzjonalista rreferiet għar-rwol sensittiv tal-media f’każijiet fejn issir referenza għal mard mentali u tenniet li għandha tingħata iktar attenzjoni dwar dan.
//= $special ?>