Waqt l-aġġornament tas-seduta Parlamentari tat-Tlieta filgħaxija, id-Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo talab ruling lill-Ispeaker tal-Kamra.
Edwin Vassallo rrefera għall-artiklu tal-Prof Kevin Aquilina li qal li liġi sussidjarja ma tistax tmur kontra liġi primarja.
Id-Deputat Nazzjonalista qal li bħalissa għandna anomalija legali minħabba li għandna żewġ interpretazzjonijiet differenti li jagħtu lok biex isir barra dak li huwa illegali f’pajjiżna. dan huwiex qed jiżgwida lill-kamra.
Fid-dawl ta’ dan id-Deputat Edwin Vassallo talab Ruling mill-Ispeaker biex jiddeċiedi jekk dan hux qed jiżgwida l-kamra.
//= $special ?>