
Kif jidher f’dawn ir-ritratti, il-midja lokali bħalissa tinsab il-Belt Valletta sabiex tistenna l-wasla ta’ tliet persuni li ġew arrestati kmieni lbieraħ filgħodu b’rabta mal-każ tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Rappreżentanti tal-midja ta’ Net News ilhom il-Belt mill-5:00PM, iżda għall-ħabta tas-7:10PM resqu lejn in-naħa ta’ wara tal-Qorti fejn mistennija jiddaħlu l-arrestati.
Net News se jkollu aġġornament speċjali fuq Net Television fil-ħin li jitressqu l-Qorti.
//= $special ?>


