L-eks-Re Michael I tar-Rumanija miet fl-Iżvizzera, fl-età ta’ 96 sena.
Michael, li kien wieħed mill-aħħar żewġ persuni ħajjin li servew bħala Kap tal-Istat waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, instab li kien marid bil-kanċer proprju matul is-sena li għaddiet.
Hu kien il-mexxej sovran tar-Rumanija darbtejn – l-ewwel darba fis-snin għoxrin, meta hu kien għad għandu biss ħames snin u bit-tieni darba sseħħ matul is-snin erbgħin.
Wara l-konflitt tat-Tieni Gwerra, Michael kien imġiegħel jabdika minn kap tal-monarkija taħt pressjoni mill-komunisti li mexxew ir-Rumanija sa’ żmien ir-rivoluzzjoni tal-1989 li ġabet fi tmiem l-era u r-reġim tad-dittatur Nicolae Ceausescu.
F’intervista li saret lil Michael, fl-2011, l-eks-kap tal-monarkija Rumena kien fisser il-mod kif hu spiċċa rikattat mill-eksawtoritajiet komunisti f’pajjiżu. Michael rrakkonta li l-komunisti heddew li ‘kienu se joqtlu madwar 1,000 persuna miżuma l-ħabs’ f’każ li hu ma kellux jiffirma d-dokument għall-abdikazzjoni.
L-eks-Re Michael kien kostrett li jgħix fl-eżilju sas-snin disgħin, u sakemm hu seta’ jirritorna fir-Rumanija mal-konklużjoni tas-snin tar-ripressjoni, taħt Ceausescu.
//= $special ?>

