‘Il fuq minn 250 student, ilbieraħ gradwaw mill-ITS, f’ċerimonja li saret fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, il-Belt Valletta.
In-numru ta’ gradwati ta’ din is-sena kien ferm iktar minn tas-sena li għaddiet, meta kienu gradwaw ftit iktar minn 120 student.
Is-CEO tal-ITS, Pierre Fenech semma kif ħafna mill-gradwati diġa għażlu li jkomplu jistudjaw fl-istess Istitut għal sena akkademika oħra f’industrija li dejjem qiegħda tikber. Fenech qal kif din is-sena, il-gradwati ma rċecewx biss iċ-ċertifikat stampat, iżda l-ITS se tkun qed toħroġ l-istess ċertifikat b’mod diġitali permezz tal-programm pilota Blockcerts. Dan il-programm huwa l-ewwel programm ta’ dan it-tip fl-Ewropa li qed jintuża permezz ta’ ftehim bejn il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u Learning Machine Technologies.
//= $special ?>