Fl-aħħar jiem kompliet tigrava s-sitwazzjoni fl-Isptar Monte Karmeli wara rapporti serji illi ilhom ħerġin xahrejn sħaħ.
Net News hu nfurmat illi żewġ persuni b’passat kriminali u magħrufa għall-abbuż tad-droga tpoġġew fil-Young People’s Unit – is-sezzjoni f’Monte Karmeli dedikata għall-pazjenti żgħażagħ.
Jidher illi diversi ġenituri ilmentaw dwar dawn iż-żewġ persuni li issa jinsabu fil-YPU. Oħrajn irrifjutaw li uliedhom jinżammu magħhom għaliex jinsabu ġenwinament imħassba minħabba kwistjonijiet ta’ sigurta’.
“Il-Unit tat-tfal diġa’ tinsab fi stat ħażin. U issa din kien jonqos”, qalilna wieħed mis-sorsi tagħna. “Dawn it-tip ta’ persuni għandhom jitpoġġew fil-unit apposta li infetaħ mill-Appoġġ biex ikun hemm sigurta’. Iżda dan il-unit jinsab vojt”.
Minn aktar riċerki, sibna li wieħed minn dawn iż-żewġ persuni b’akkużi ta’ abbuż ta’ droga ħareġ minn Monte Karmeli. Iżda hemm ieħor li għadu qed jinżamm fil-YPU.
//= $special ?>