Lokali

In-Nazzjon 05.12.2017

L-arresti tal-pulizija b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia jiddominaw l-istorja ewlenija tal-ġurnal In-Nazzjon.

Stejjer oħra jittrattaw ir-reazzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar l-aħħar żviluppi fl-investigazzjoni tal-pulizija dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, it-twaqqigħ ta’ villa ta’ valur storiku fil-Balluta u konferenza f’Londra fejn il-Belt Valletta ġiet ippreżentata bħala distrett sostenibbli.

Fil-paġni tal-opinjonijiet insibu analiżi politika ta’ Mario Schiavone dwar il-31 sena mill-qtil ta’ Raymond Caruana u ta’ Liam Sciberras.