Fi stqarrija li ppubblika, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili semma li qed isegwi l-każ b’rabta mal-persuni arrestati, li se jitressqu l-qorti u tal-proċess ġudizzjarju li għaddej.
Wara d-dimostrazzjoni tal-Ħadd li għadda li għaliha attendew eluf ta’ nies, in-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jsostni t-talbiet tiegħu. In-Netwerk semma kif jinsab diżappuntat li l-familja Caruana Galizia ma ġietx infurmata kif xieraq u mħassba min-nuqqas tal-Kummissarju tal-Pulizija li jagħti kummenti f’dan l-istadju kruċjali.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili jittama li tassew issir ġustizzja, inkluż ma’ min qabbad lil min wettaq il-qtil, mhux biss ma’ dawk li eżeġwewh.
Sa dan it-tant, in-Netwerk jemmen li huwa kruċjali li tingħata protezzjoni sħiħa lil Jonathan Ferris u li jkomplu jiġu investigati l-iskandlu tal-Panama Papers u l-prattiki tal-FIAU.
//= $special ?>