Lokali Parlament

Proposti għat-tisħiħ tal-ġurnaliżmu fil-pajjiż

– Claudio Grech, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech għamel diversi proposti biex jissaħħħu l-elementi bażiċi tal-ġurnaliżmu fil-pajjiż u biex il-ġurnaliżmu jissaħħaħ bħala pilastru ewlieni tad-demokrazija u l-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż.

Fid-dibattitu parlamentari dwar il-media u l-malafama id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li d-dibattitu dwar din il-liġi kien kważi konkluż seba’ xhur ilu f’ċirkostanzi differenti ħafna minn dawk tal-lum u li fihom ironikament kien mibdi minn azzjonijiet legali li ttieħdu kontra Daphne Caruana Galzia.

Hu kompla li l-ewwel abbozz kellu punti li l-Oppożizzjni u s-soċjetà ċivili ma kinux qed jaqblu magħhom fil-prinċipju. Issa dan l-abbozz ippreżentat hu ħafna aħjar minn dak li kien tressaq iżda llum seba’ xhur wara l-parlament qed jerġa’ jiddiskuti l-liġi f’ċirkostanzi surreali fil-kuntest tad-diskussjoni.

Claudio Grech qal li l-pajjiż kollu jixtieq li l-pajjiż mhux maqbud f’dawn iċ-ċirkostanzi iżda dawn huma mumenti li permezz tagħhom l-pajjiż jista’ joħloq u jinbtu bidliet ta’ sustanza. Dak li se jiġi leġiżlat favur id-dritt u l-funzjoni tal-ġurnalisti li jagħmlu xogħol bħala għassiesa fis-sistema Maltija, il-pajjiż illum jinsab f’pożizzjoni iktar mwiegħra għaliex ġurnalista nqatlet.

Claudio Grech qal li fl-aħħar seba’ xhur il-pajjiż ma ddefendiex il-ħajja ta’ persuna li kienet fost l-aktar esposta għall-agħar elementi tas-soċjetà. Kollettivament ma konniex kapaċi niddefendu vuċi kuraġġjuża li kienet tmur lil hinn mill-element ta’ konvenzjenza u kienet tidħol f’investigazzjniiet li ħadd ma kien jersaq lejhom.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-familja ta’ Daphne Caruana Galizia ħallset l-ogħla prezz li xi ħadd jista’ jhallas. Hu tkellem dwar l-importanza li d-dibattitu jmu fuq l-aspett ta’ policies milli fuq il-battibettki partiġġjani li ma jwasslu mkien. Jetieġ li l-parlament janalizza mill-ġdid is-sisien tal-element politiku Malti; x’inhu l-għan propju u fejn il-parlament irid jieħu lill-pajjiż.

Claudio Grech kompla li l-media għandha rwol ċentrali fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-media u biex il-futur tal-pajjiż ikun aħjar. Hu rrifera gġal dak li seħħ f’pajjiżi ħbarraħniħn lħi fihom iqnatu diversi ġħurnalisti;ħ ma jinqatilx ġurnalist ġwejjed iżda jinqatel min ikollu taħlita ta’ intelliġenza, ikun kuraġġjuż, ikollu sens ta’ diversu u għatx għall-ġustizzja u jkollu sinsla.

21 sena ilu fl-Iralnda kien hemm Veronica Guerin li telqet l-accountancy u saret ġurnalista; kienet miżżewġa b’tifel. Kien fi żmien li fl-Irlanda l-ekonomija kienet qed tirranka biex aktar tard saret wieħed mill-aktar pajjiżi avvanzati.

F’dak il-perjodu t-traffikar tad-droga kien epidemija fl-Irlanda. F’Ġunju 1996 hi nqatlet fil-karrozza tagħha meta minn fuq mutur sparawlha. Hi kellha 37 sena u ħalliet lil żewġha u binha żgħir ħafna. ir-riperkussjonijiet ta’ dan kien li s-soċjetà kienet irrabbjata, imxebba’, imdejqa u li kienet qed ttħoss li kienet inqabżet il-linja l-ħamra.

Dak kien mument li fih il-maġġoranza li ma kinitx attvista bdiet issemma’ leħinha għaliex kulħadd irrealizza li dik il-ġurnalista u omm setgħet kienet mara u omm fil-familja tagħhom. Dak kien mument li bdidel ħafna mix-xenarju li kien hemm għaliex in-nies riedu li jbiddlu x-xenarju u għaliex in-nies riedu juru li huma mhux kollha għall-bejgħ, l-istess u li għalihom il-flus kienu jiġu qabel kollox. Ftit tal-ġranet wara l-parlament Irlandiż kien aġixxa b’saħħtu u daħaħl żewġ liġijiet li saħħew lill-forzi tal-ordni.

Claudio Gerch kompla li hemm rilevanza kbira bejn dan il-każ u s-sitwazzjoni li tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Jekk fis-soċjetà Maltija jeżistu nies bla rispett lejn id-dinjità tal-persuna u lesti li jittraffikaw id-droga u n-nies, aħseb u ara kemm dawn se jirrispettaw lill-ġurnalisti. Lil hinn mir-retorika politika, il-parlament għandu obbligu li jipproteġi lill-ġurnalisti li jistabilixxu iktar liġijiet li jservu bħala tarka ta’dawn il-persuni fil-qadi ta’ dmirijiethom. Il-protezzjoni ma tfissirx biża’ anzi hu att ta’ kurraġġ minnu nnfisu.

Claudio Grech kompla li dak li ġara lil Daphne hu riflessjoni tan-nuqqas ta’ protezzjoni nuqqas ta’ apprezzament lejn ix-xogħol li kienet qed tagħmel. Il-pajjiż għandu jikkunsidra kif iqis lill-ġurnalisti investigattivi biex dan jitqiesu u jingħataw il-protezzjoni taħt l-Att dwar il-Pulizija.

Ġurnalist investigattiv hu ġurnalist li qed jirriskja u li qed imur lil hinn mid-doveri tiegħu għall-paga baxxa li jieħu. Il-gvern għandu jsib il-mod kif il-pajjiż jista’ jagħti din il-protezzjoni lill-ġurnalisti.

Claudio Gerch kompla li l-pajjiż kapaċi jagħmel il-bidlet biex tissaħħaħ il-pinna tal-ġurnalisti. Għanħdhom jirħaxu l-pieni kontra min jhedded u jattakkawa jew joqtol lill-ġurnalist għaliex b’hekk jasal il-messaġġ li l-ġurnalist qed jagħti servizz pubbliku.

Claudio Grech tkellem dwar l-importanza tal-ġurnaliżmu investigattiv u qal li l-istġarriġ fuq materji finanzjarji ftit ikun rapportat. Hu sellem lill-ġurnalisti Mattewh Vella, Jacob Borg u David Lindsay li jidħlu f’materji finanzarji. Jekk il-pajjiż irid isaħħaħ dan it-tip ta’ ġurlamiżmu. Hu ppropona li jissaħħaħ l-aċċess ghall-informazzjoni ta’ dawn il-ġurnalisti biex dawn jiksbu informazzjoni.

Claudio Grech qal li wasal iż-żmien li bl-istess mod li l-istat jagħmel obbligazzjoni mal-PBS għandu jkun ikkunsidrat li l-media li tgħolli l-livell tal-ġrunalżmu jibbenefika wminn obbligazzjoni pubblika. Dan hu servizz fl-interess komuni.

Hu sostna li l-Oppożizzjoni għandha rwol mhux biss ta’ kritika iżda li tipproponih għal din il-leġiżlazzjoni.