Il-qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Neville Camilleri, ma laqgħetx it-talba tal-ħelsien mill-arrest li għamel raġel imressaq fuq allegat theddid u fastidju fuq l-eks sieħba tiegħu f’Birkirkara u talli wara rreżista l-arrest bil-vjolenza.
Huwa tħarrek ukoll talli saq b’mod perikoluż u traskurat, li rrufjuta l-ordnijiet tal-Pulizija, heddidhom u kkawża ħsarat fuq karrozza tal-Pulizija meta faqa tieqa ta’ karrozza tal-pulizija. Ġie akkużat li kiser il-paċi pubbliku u l-garanzija li mponiet il-qorti f’każ ieħor.
Ir-raġel akkużat wieġeb mhux ħati u l-qorti ma laqgħetx it-talba tal-ħersien mill-arrest għaliex ma kienx den tal-fiduċja tal-qorti.
L-avukat ta’ għajnuna legali Benjamin Valenzia kien ta’ assistenza għall-akkużat. L-ispetturi Elton Taliana u Nicholas Vella pproċedew fuq il-każ.
//= $special ?>