Divorzju mogħti mill-Imħallef Robert Mangion taha ċ-ċans lil tfajla Maltija terġa’ tafferma mħabbitha lejn xi ħadd leali wara li ġiet abbandunata bla ebda raġuni minn Sirjan li ġiegħelha jiżżewiġha ta’ 16-il sena.
Xahrejn wara li ltaqgħet mas-Sirjan f’Paceville fl-2003 u bdew joħorġu flimkien, it-tfajla tixhed li kienet kostretta tiżżewġu għax inkella kien se jitlaq minn Malta u hi ma xtaqietx dan iseħħ. Omm it-tfajla ma ħaditx gost b’din id-deċiżjoni għaliex it-tfajla kienet għadha żgħira u xhiedet kif kellha taċċetta s-sitwazzjoni wara ħafna tilwim bejniethom.
Il-koppja marret tgħix għand ommha u spiċċaw jiddependu fuqha għax ir-raġel kien joqgħod fuq il-kompjuter bla ma kienet taf x’qed jagħmel filwaqt li t-tfajla kienet bla xogħol. Wara ftit ġimgħat miż-żwieġ, is-Sirjan ħarab mid-dar u sparixxa minn ħajjet it-tfajla u l-familja tagħha.
//= $special ?>