– Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna li l-budget kien opportunità mitlfua għall-ġenerazzjoni
preżenti u dik futura.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi tal-budget Mario de Marxo qal li l-prezz taż-żejt qiegħed nofs dak li kien ftit snin ilu waqt li t-turiżmu, ligamnig u s-serviziz finanzajarji qed jikbru grazzi għall-viżjoni ta’ nies li nvestew fil-passat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li s-suċċess ekonomiku ta’ bħalissa żgur li m’huwiex riżultat ta’ xi inizjattvia li ħa l-gvern Laburista iżda dan seħħ minħabba l-investiment li sar minn Gvern Nazzjonalista fiċ-ċirkostanzi ekonomika iebsa ta’ dak iż-żmien.
Dan il-budget seta’ ta opportunitajiet ferm aħjar għall-anzjani Maltin. Il-budget fih seba’ miżuri intenzjonati għall-anzjani iżda dawn il-proposti ma jitkellmux dwar is-sostenibbiltà tal-pensjonanti għall-futur.
Dwar l-adegwatezza tal-pensjonijiet, id-deputat Nazzjonalista qal li l-pensjonijiet m’humiex adegwati għaliex jekk l-ekonomija sejra tajjeb allura kulħadd għandu jimxi ‘l quddiem. Is-sitwazzjoni tal-pensjonijiet mhux biss mhux serja ‘l quddiem iżda sejra lura. Skont l-NSO fit-tliet snin li għaddew in-numru ta’ persunu ta’ ‘l fuq minn 65 sena li jgħixu fil-faqar qed jiżdied minn 16,000 fl-2014 għal 20,157.
Hu qal li l-pensjonijiet ma kellhomx titjib fil-kundizzjonijiet tagħhom u sostna li t-taxxi tas-SISA splodiet taħt dan il-gvern għaliex din hi taxxa li ma atgħmilx distinzjoni.
Mario de Marco semma s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet u qal li l-budget kien opportunità mitlufa biex din tkun ndirizzata. Hu tkellem ukoll l-edukazzjoni u sostna li l-gvern mhux jgħin liż-żgħażagħ biex ikunu huma li jieħdu l-impjiegi li qed jinħolqu.
Fl-aħħar erba’ snin l-Oppożizzjoni tkellmet dwar iż-żieda fis-settur pubbliku bil-gvern jgħid li dawn kienu għalliema u LSAs. Iżda l-MUT iddikjarat li n-nies li qed jidħlu mal-gvern m’humiex għalliema jew LSAs għaliex l-MUT stess qalet li hemm nuqqas ta’ għalliema u LSAs. Minbarra dan, il-Gvern mhux jibni l-iskejjel li wiegħed.
Dan hu gvern bla viżjoni dwar l-ekonomija preżenti u dwar l-ekonomija ta’ għada; bil-budget ma jinkludi l-ebda proposta. Dan kien budget ta’ opportunità mitlufa għall-manifattura fejn l-esportazzjoni żdiedet għalkemm dik li żdied kienet tas-servizzi waqt li l-esportazzjoni tal-prodotti naqset b’terz. In-numru ta’ ħaddiema fil-fabbriki ukoll naqas b’500.
Dan kien budget ta’ opportunità mitlufa għas-settur tan-negozji żgħar u medji, sostna Mario de Marco, li kompla li l-Gvern mhux joffri proposti. Il-budget kien ukoll opportunità mitlufa biex jindirizza l-problema tat-traffiku, li qed teffettwa wkoll is-saħħa tal-poplu minħabba t-tniġġiż tal-arja. Il-gvern ma ħabbar l-ebda proposta dwar it-trasport u t-traffiku.
Il-gvern naqas li jindirizza wkoll il-porblemi ta faqar soċjali fosthom il-kirijiet li splodew fil-prezzijiet, sostna Mario de Marco, li kompla li din is-sitwazjzoni qedtoħloq faqar ġdid. Iżda l-gvern kien bla pjan fl-akkomodazzjoni soċjlai tant li fl-aħħar erba’ snin il-gvern ma bena l-ebda appartament. Dan hu rekord assolut għal gvern Malti li mill-Indipendenza ‘l hawn ma bena l-ebda appartament. Dna is-surplus ġej minn fuq dahar dawn in-neis għaliex il-gvern naqas li jinvetis f’dan is-settur.
L-akbar faqar f’Malta hu fost it-tfla u l-anzjani iżda jekk din il-problema tal-akkomodazzjoni tkompli, allura se jkun numru kbir ta’ familji li se jaqgħu fil-faqar. Jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 10,000 fil-persuni li jgħixu fil-faqar.
Oppourntità oħra mitlufa kienet fis-settur tal-ambjent; bil-budget ma jagħmel xejn biex dan is-settur jissaħħaħ. Il-Gvern hu bla pjan kif se jsaħħaħ il-finanzi pubbliċi tal-pajjiż. Hu sema s-surplus u qal li l-gvern qe jditlef opportunità biex isaħħaħ il-finanzi tal-pajjiż.
Mario de Marco qal li l-IMF u l-KE ddikjaraw li l-pajjiż ftit għamel biex jitratta riskji fiskali u l l-gvern qed jiddependi wisq mit-taħiul tal-bjegħ tal-passaporti. Id-dul mill-bejgħ tal-passaporti hu temporanju u diffiċli biex ikun hemm previżjoni dwaru. Dwar id-dħul tal-gvern jirriżulta li dħul mit-taxxi żied b’rabta mgħaġġla iktar il-2013 ‘l hawn. Id-deputat Nazzjonalista kompla li mhux minnu li l-piż tat-taxxi ħfief għaliex naqset l-income tax għaliex it-taxxa tas-SSA żdiedet. Il-KE wkollqed tikkundanna l-mod kif il-gvern qed imexxi l-ekonomija.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li l-IMF qed twissi li l-kwistjoni tat-taxxi tal-kumpaniji jista’ jkun effettwat mit-tibidl prorpost dwar it-taxxa internazzjonali. Il-gvern irid jikkunsidra wkoll li l-ekonomija lokali tista’ tkun effettwata minn kriżijiet internazzjonali.
Hu semma l-bejgħ tal-passaporti u qal li l-gvern issa abbanduna l-prinċipju li dan il-programm hu biss temporanju. Il-Gvern għandu jikkunsidra r-realtajiet għan-nefqa fejn l-ispiża rikorrenti tal-Gvern. Dwar dan l-IMF qalet li l-pagi tas-settur pubbliku u n-nefqa hu żdied u tela’ fl-aħħar snin.
Mario de Marco qal li l-ispiża tal-gvern qed tiżdied b’rata mgħaġġla wisq. L-infieq mhux qed imur fuq żieda fin-nefqa tas-servizzi soċjali iżda qed imur fl-ispiża tal-pagi li qed tiżdied kull sena. Inkwetanti hu n-numru ta’ ħaddiema mal-gvern jiżdied f’setturi mhux essenzjali.
Jirriżulta li pagi telgħu minn €640 miljun fl-2013 għal €849 miljun sal-2018; żieda ta’ €200 miljun f’pagi li jinkludu l-pagi ta’ dawk li ddaħħlu b’mod paritġġjan. Dan filwaqt li kien hemm żieda minn €230 miljun għal €413 miljun f’enitajiet pubbliċi. Bħala total dan jammonta għal €400 miljun fis-sena.
Mario de Marco qal li l-gvern mhux juża l-fondi b’mod għaqli tant li naqqas l-ispiża kapitali u sostna li l-budget kien opportunità mitlufa għall-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
//= $special ?>