Lokali Parlament

Budget nieqes minn viżjoni fis-setturi tal-anzjani u l-persuni b’diżabbiltà

– Maria Deguara, PN

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara appellat lill-gvern biex ikompli jsaħħaħ l-investiment fis-settur tal-persuni b’diżabbiltà u biex jassigura li l-anzjani jgħixu kwalità ta’ ħajja xierqa għaliex il-budget hu nieqes mill-viżjoni f’dan is-settur.

Id-deputat Nazzjonalista Maria Deguara qalet li dan kien budget nieqes minn proposti għall-futur. Il-gvern mhux konsistenti dwar l-anzjanità attiva u qal li l-proposta dwar il-postijiet tal-anzjani hi intiża biex il-gvern ikollu iktar propjetà disponibbli. Hi sostniet li l-pensjoni mhix biżżejjed biex l-anzjani jgħixu ħajja diċenti. Ma tħabbret l-ebda miżura biex tiffaċilità l-komunikazzjoni tal-anzjani mal-familjari.

Il-pożizjzoni tal-gver hi li post l-anzjani hu fid-djar għlal-anzjani jew fl-isptrrijiet. Il-gvern qed jdipporponi li jżied sodod fid-djar għlal-anzjani iżda din il-proposta mhux se ssolvi l-problemi tal-anzjani. Ma tħabbret l-ebda miżura biex tgħin lid-dar tal-knisja li qed jiffaċċajw problemi finanzjarji.

Il-gvern kellu jintroduċi għajnuna finanzjarja biex id-djar jibqgħu vijabbli. Ma kien l-ebda porposti dwar iż-żieda fl-infermiera u staff adegwat. Din hi istwazzjoni li qed toħloq diffikultajiet anki minħabba l-mod kif qed itżviluppa l-mediċina.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-importanza li l-infermiera Maltin jingħataw l-opportunitajiet kollha biex ikollhom futur fis-settur. Din hi sitwazzjoni allarmenti partikolarment fis-settur tas-servizzi fil-kwalità, li kważi kollha carers barranin li diffiċli u jikkomunikaw l-anzjani. Ħafna minnhom huma sfruttati u m’għandhomx it-taħriġ meħtieġ.

Il-Gvern għandu jelimina l-prekarjat f’dan is-settur, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li kompliet li huma l-anzjani li qed isofri., Iż-żieda fil-pensjoni u għall-għoli tal-ħajja sparixxiet qabel inqara d-diskors tal-budget għaliex il-prodotti tal-ikel komplew jgħolew. Fadal 2,000 anjan li ma jistax isaħħan daru u 19,000 anzjan li am jistax jaffordja l-oġġetti essenzjlai tal-ħajja.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li qed isir inġustizzja ma anzjani li qed jibqgħu jiġu ntaxxati wara li taw kontribut lill-pajjiż. It-tobba taċ-Ċentri tas-Saħħa m’għadhomx jagħmlu visti fid-djar ħlief f’okkażjonijiet eċċezzjonali.

Dwar il-persuni b’diżabbiltà, id-deputat Nazzjonalista qalet li l-penjsoni tad-diżabbiltà hi tant baxxa u qed jeskludi persuni oħra milli jieħdu l-benefiċċji. Dawk li jingħataw 62% tal-paga minina qed jgħixu fil-faqar u jridu bilfors l-appoġġ tal-familjari biex jgħixu ħajja diċenti.

Mario Deguara tkellmet dwar it-tfal b’diżabbiltà u qalet li l-ġenituri jkunu inwektati dwar x’se jiġri minn uliedhom meta huma jmuru. Hi semmiet il-proposta ta’ djar żgħar indirizzati għak dawn il-persuni u sostniet li t-residenti għandhom jingħażlu b’mod biex jikkumplimentaw lil xulxin.

S’issa infetħu 10 djar fil-komunità li qed iħallu ġid kbir. Se jinfetħu tliet oħra għal 13-il persuna b’diżabbiltà. Madwar 80 persuna se jkunu jgħixu f’dawn id-djar b’mod indipendenti. Hu importanti li dawn id-djar ikomplu jinbnew. Il-Gvern għandu jipprovdi wkoll djar oħra fuq il-kunċett ta’ Dar il-Kaptan.