Il-manager ta’ Chelsea Antonio Conte ġie mmultat madwar €9,000 wara li ammetta l-akkuża li ħarġitlu mill-FA Ingliża, wara li tkeċċa kontra Swansea. It-Taljan tkeċċa mir-referee Neil Swarbrick lejn tmiem l-ewwel taqsima, fir-rebħa li Chelsea kellhom, wara li pprotesta minħabba goal-kick li ngħata lil Swansea.
Conte talab apoloġija lil Swarbrick u r-raba’ uffiċjal Lee Mason wara l-logħba. Hu wara ammetta li jaċċetta l-akkuża u jħallas il-multa. Filwaqt li aċċetta d-deċiżjoni, Conte qal li jemmen li Swarbrick irid jitgħallem mill-inċident ukoll.
“Irrid ukoll ir-referee li jitgħallem xi ħaġa. Għalija, Swansea kienu qed jeħlu l-ħin. F’dan il-każ, ir-referee irid jipproteġi lit-tim li jrid jirbaħ u jilgħab il-futbol.”
Conte kompla jgħid li kien irrabjat għaliex qal li għajjat darbtejn mar-raba’ uffiċjal biex jindika li kienu qed jaħlu l-ħin. Minkejja dan l-inċident, Conte insista li mhux se jibdel l-imġieba animata tiegħu fuq it-touchline.
//= $special ?>