L-Erbgħa raġel kellu jistressaq il-qorti f’Londra akkużat li kien qed jikkonfoffa biex joqtol il-Prim Ministru Theresa May.
Jidher li l-konoffa kellha x’taqsam mal-estremiżmu Iżlamiku. Mal-każ hemm żewġ persuni arrestati Naa’imur Zakariyah Rahman, ta’ 20 sena minn Londra u Mohammed Aqib Imran, ta’ 21 sena minn Birmingham. It-0tnejn li huma kienu arrestati fit-28 ta’ Novembru.
Fil-pjan kien hemm li hekk kif May tkun ħierġa mill-uffiċju f’10 Downing Street, titpoġġa bomba mal-kanċell biex imbagħad Rahman iħebb għaliha b’sikkina. Din il-ġimgħa is-servizzi sigrieti Ingliżi infurmaw lil May li din is-sena kienu xejnu disa’ attentati terroristi Iżlamiċi fil-pajjiż.
//= $special ?>