Lokali Parlament

Il-Ministeru għal Għawdex għandu jingħata l-poter li kellu

Fredrick Azzopardi, PN

Id-deputat Nazzjonalista Fredrick Azzopardi qal li l-Ministeru għal Għawdex għandu jerġa’ jingħata l-poter biex iwettaq kif kin żmien Gvern Nazzjonalista.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-estimi Fredrick Azzopardi qal li l-ġid mhux jasal għandu kulħadd u sostna li fil-verità kien hmm żieda fit-taxxi mill-gvern. Hu sostna li fir-rigward ta’ Għawdex m’hemx pjan għall-futur. Hu sostna il-proġett tal-Marina tal-Jottijiet f’Għawdex kien ilu mwiegħed iżda l-Gvern m’għamel xejn tant li fil-budget 2018 qed jingħad biss li se jkunu miżjuda l-faċilitajiet.

Il-budget isemmi t-tqiegħed tat-tieni fibre optic bejn Malta u Għawdex; liema proġett suppost diġà sar. Fl-Iskola l-ġdida tal-Primarja f’Għwdex, id-deputat Nazzjonalista qal li lanqas hemm post deċiż biex issir din l-iskola. Il-Gvern kin semma’ wkoll proġett ta’ tisbiħ ambjentali u restawr fosthom il-Mitħna tax-Xewkija u l-Għar ta’ Calypso. Mill-2014 u l-2017 f’Għawdex se jkun twettaq proġett wieħed biss b’investiment barrani u minn kumpanija li ilha topera minn żmien gvern Nazjonalista.

L-istatiska turi li hawn 3,000 Għawdxin jaħdmu f’Malta’ hemm wieħed minn kull ħames. Aktar minn 500 Għadwxi qed jirrieġistraw; wieħed minn u ħamsa li qed ifittxu x-xogħol hu minn Għawdex. Hu tkellem dwar il-biedja u l-importanza li dan is-settur għandu ngħata.