Internazzjonali Mużika

Miet il-kantant Franċiż Johnny Hallyday

Tħabbret il-mewt ta’ Johnny Hallyday f’eta ta’ 74 sena minħabba kanċer fil-pulmun.
Hallyday, li ismu propja kien Jean-Philippe Smet, kien jitqies bħala l-Elvis Franċiż u minkejja ħajja kontroversjali, kien maħbub ħafna fi Franza minn kbar u żgħar.
Il-kantant biegħ madwar 100 miljun diska u ħa sehem f’ħafna films f’karriera li bdiet fl-1960 bil-mużika rock and roll li kien beda jkanta bil-Franċiż.
Messaġġi ta’ kondoljanzi ġew minn diversi kantanti magħrufa madwar id-dinja kif ukoll mill-President Franċiż Emmanuel Macron.
Iżda minkejja s-suċess kbir tiegħu fi Franza u pajjiżi oħra Ewropei, hu qatt ma rnexxielu jikseb suċċess fl-Istati Uniti jew ir-Renju Unit.