Internazzjonali

Putin se jerġa’ jikkontesta

Il-President Russu Vladimir Putin ħabbar li kien se jikkontesta l-elezzjoni Presidenzjali li se ssir is-sena d-dieħla. Huwa ħabbar dan waqt żjara f’fabbrika tal-karozzi f’Nizhny Novgorod. Putin ilu fil-poter mill-2000, jew bħala Prim Ministru inkella bħala President. Jekk jirbaħ il-vot ta’ Marzu li ġej, hu jkun eleġibbli li jservi sal-2024. Jekk Putin, li għandu 65 sena, ikun ikkonfermat fil-poter, dan se jkun ir-raba’ mandat tiegħu bħala President tar-Russja. L-indikazzjonijiet s’issa huma li jekk Putin jikkontesta, huwa mistenni jikseb rebħa faċli.