It-tennista Serena Williams tista’ tirritorna fix-xena internazzjonali tat-tennis fl-Open tal-Awstralja f’Melbourne li hu l-ewwel Grand Slam tas-sena.
Serena Williams li għandha 36 sena rebħet l-ewwel Grand Slam ta’ din is-sena meta kienet tqila, wara li għelbet l-isfida ta’ oħtha Venus fil-finali. Serena weldet tifla f’Settembru li għadda u għadha qatt ma lagħbet minn meta rebħet f’Melbourne. Dan qajjem mistoqsijiet ta’ kemm tista’ tagħti sfida denja biex tiddefendi l-kompetizzjoni li rebħet sena ilu, u tipprova tilħaq ir-rekord ta’ Margaret Court ta’ 24 Grand Slam.
Id-direttur tat-tournament, Craig Tiley jinsab ottimist li Williams tista’ tirritorna. “M’hemm l-ebda dubju li se tkun lesta f’għajnejja u hi trid li tikser ir-rekord ta’ Court”, qal Tiley.
Craig Tiley qal li l-Open tal-Awstralja se jsir bejn il-15 u t-28 ta’ Jannar u hu meqjus bħala attrazzjoni għall-familja kollha. “Aħna kellna sitwazzjoni simili qabel. Roger Federer vjaġġa mal-erbat itfal tiegħu u aħna tournament tajjeb għall-familja,” b’referenza għal Williams u t-tarbija tagħha.
//= $special ?>