Tfajla ta’ 22 sena spiċċat feruta gravi wara ħabta li seħħet ilbieraħ filgħaxija ftit qabel nofs il-lejl. L-inċident seħħ fi Triq l-Iljun, f’Ħal Qormi.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fil-post fejn irriżulta li kien seħħ inċident li fih kienu involuti vettura tat-tip Toyota Vitz misjuqa mit-tfajla, li hi residenti Ħal Qormi, u xarabank tat-tip King Long misjuq minn raġel ta’ 52 sena residenti ż-Żurrieq.
Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tfajla l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-passiġġiera li kien hemm fuq ix-Xarabank ma sofrew l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

