Lokali

AĠĠORNATA: Tkompli t-tfittxija mill-għaddasa tal-AFM fil-Marsa

Tkompli t-tfittxija mill-Pulizija u l-AFM fil-Menqa tal-Marsa

Membri tal-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu komplew fit-tfittxijiet tagħhom fil-Menqa tal-Marsa bl-iskop li jsibu aktar traċċi u evidenza fl-investigazzjoni dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Dawn l-investigazzjonijiet qed jissoktaw wara li tard ilbieraħ filgħaxija tressqu l-Qorti tliet irġiel akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Kollox jindika li l-prova kruċjali f’dan id-delitt huwa l-mod kif l-akkużati kkomunikaw bejniethom ftit qabel id-delitt. Tant hu hekk li wieħed mill-akkużati kien jinsab fil-viċinanzi fejn seħħet l-isplużjoni.

Rapport fil-media barranija qal ukoll li l-SMS li ntbagħat fuq il-mobile li sploda l-bomba, intbagħat minn persuna li kienet fuq dgħajsa.

Jitressqu tlieta mill-għaxar arrestati dwar l-omiċidju ta’ Daphne Caruana Galizia