Lokali

Żvelati l-ismijiet tas-seba’ persuni arrestati flimkien ma dawk akkużati bil-qtil

Id-daħla għat-taqsima tad-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali, fejn hemm ukoll il-lock-up tal-Pulizija (Ritratt: Matthew Tabone)

Hekk kif skadew it-48 siegħa mill-arrest tagħhom dalgħodu, il-Pulizija kienet kostretta teħles lis-seba’ persuni l-oħra li kienu arrestati mat-tliet persuni l-oħra li tressqu l-qorti akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Il-persuni arrestati flimkien mal-aħwa Degiorgio u Vincent Muscat kienu Adrian Agius, Robert Agius, Miguel Caruana, Sandro Cilia, Jamie Vella, Anton Cachia u Rudy Camilleri. L-etajiet ta’ dawk involuti jvarjaw minn bejn l-34 u l-55 sena.

Adrian Agius, kemm-il darba ssemma fil-kitbiet ta’ Daphne Caruana Galizia anke minħabba l-involviment tiegħu f’diversi każijiet oħra kriminali.

Adrian Agius u Robert Agius huma wlied Raymond Agius li kien nqatel fl-2008 f’bar f’Birkirkara.