Matul il-lejl li għadda d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili żamm eżerċizzju ta’ simulazzjoni spontanju sabiex jiġu evalwati l-availabilty u r-response time tad-Dipartiment f’każijiet ta’ diżastri.
F’dan l-eżerċizzju kienu involuti l-membri kollha tal-Forza tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.
Dan l-eżerċizzju inżamm b’kollaborazzjoni mal-Forzi Armati ta’ Malta, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tas-Saħħa kif ukoll it-Transport Malta.
Ritratti: Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili





