Iċ-Ċentru tar-Rabat inbidel f’villaġġ tal-Milied hekk kif qed tiġi organizzata l-attività annwali Natalis Notabilis.
Din l-attività hi ddominata minn affarijiet sinonimi ma’ daż-żmien tal-Milied, b’mod partikolari jispikka l-ikel u żona għat-tfal. F’din l-attività mdawla b’kull kulur, it-tfal ikollhom l-opportunità ukoll li jieħdu ritratt mal-figura famuża tal-Milied, Santa Klaws.
Waqt li wieħed igawdi l-atmosfera tal-Milied, jista’ jieħu l-opporunità li jixtri xi rigal għall-Milied għal dawk qrib tiegħu.
Fost oħrajn hemm għall-bejgħ presepji, dekorazzjonijiet tal-Milied u kotba, bil-fondi jmorru għall-organizzazzjonijiet li qegħdin jesebixxu x-xogħol tagħhom.
Ma jistax jonqos li dan il-villaġġ jaħseb għat-tfal li tant ikunu ħerqana ghal dan iż-żmien, l-iktar għar-rigali li jaqilgħu sena wara sena.
Wieħed jista’ jżur dan il-villaġġ tal-Milied li hu fuq skala ikbar minn tas-snin ta’ qabel sal-11:30 ta’ filgħaxija tat-Tlieta 12 ta’ Diċembru.
//= $special ?>