Lokali

“Ma kienx birthday sabiħ, bqajt nistenna li Duke jiġi lura … qatt m’esperjenzajt daqstant ġenerożita'”

Romina Vella Agius, li fl-aħħar jiem il-kelb tagħha Duke, ħarab u ma ġiex lura, f’messaġġ fuq facebook f’għeluq sninha kitbet li ma kienx birthday sabiħ, għaliex baqgħet tistenna li Duke, li hu parti importanti fil-familja tagħha, jirritorna lura d-dar, iżda baqa’ ma tfaċċax.

Romina Vella Agius irringrazzjat lil dawk kollha li qed jgħina biex jinstab Duke u stqarret li qatt m’esperjenzat daqstant ġenerożita’.

Il-kelb Duke intilef fit-28 ta’ Novembru li għadda wara li l-kelb ħareġ jiġri hekk kif infetaħ il-bieb tad-dar u minkejja li t-tifla t’ Romina marret tiġri warajh, xorta ma rnexxilix issib lil Duke hekk kif f’ħin minnhom ma’ ratux aktar.

Il-familja qed tappella biex kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni dwar Duke, jagħmel kuntatt mal-familja fuq 99202525.