Lokali

Raġel ferut gravi wara li ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Raġel ta’ 29 sena weġġa’ gravi wara li dalgħodu għall-ħabta tas-6a.m. ntlaqat minn karozza f’Raħal Ġdid.

L-inċident seħħ fi triq il-Perit Dom Mintoff meta r-raġel minn Niġerja, ntlaqat minn karozza tat-tip Kia Avella li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 34 sena minn Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 29 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.