Sena ilu fit-toroq Maltin bdew jitwaħlu diversi stazzjonijiet minn fejn permezz ta’ application fuq il-mobile, tista tikri rota u tivjaġġa minn post għall-ieħor. Dan il-kunċettt, tal-bicycle sharing jgħin biex ikun hemm mezz ieħor ta’ trasport u mezz li ma jniġġisx.
Illum il-ġurnata madwar Malta hemm 360 rota b’50 stazzjon differenti fi 11-il lokalita’ madwar Malta. Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jkun hemm stazzjonijiet ġodda f’Marsaskala, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u l-Imrieħel b’koperazzjoni ma’ kumpaniji privati li jemmnu f’dan il-mezz ta’ trasport. Fl-aħħar sena saru 50,000 vjaġġ fost il-5000 konsumatur regolari.
Fl-okkażjoni tal-ewwel anniversarju minn dan is-servizz f’Malta, il-kumpanija Nextbike qed tagħti abbonamenti b’xejn għal ġimgħa sħiħa għal konsumaturi eżistenti u dawk li jitħajru jissieħbu matul ix-xahar ta’ Diċembru.
B’koperazzjoni ma’ Nextbike, Stars Group se jipprovdi lit-350 ħaddiema tagħha sena abbonament biex tinkoraġġihom imorru x-xogħol bir-rota. Il-kumpaniji se jibdew ukoll programmi ta’ taħriġ għal dawk li m’humiex daqstant kunfidenti biex isuqu rota. It-taħriġ se jsir f’diversi żoni madwar Malta.
Il-kumpanija qalet li skont statistika is-servizz ta’ Nextbike huwa ferm aktar sigur mill-karozzi.
Biex wieħed jissieħeb membru għandu jikseb l-app ta’ Nextbike, jirreġista u jabbona b’xejn għal ġimgħa biex b’hekk jibbenifika €12. Aktar informazzjoni fuq nextbike.com.mt



